Kunsill Lokali Hamrun
Ħamrun Spartans
It-team tal-football
tal-Ħamrun Spartans twaqqaf fl-1907, mitt sena ilu. Dan il-club
glorjuż huwa rinomat sew għas-supporters numerużi u brijużi
li għandu. Il-kuluri ta dan it-team huma l-aħmar u l-iswed
waqt li l-laqmijiet sinonimi ma dan il-club u supporters
tiegħu huma ta Werwer u Tas-Sikkina.
Sa mill-bidu li ġew imwaqqfa, it-team tal-Ħamrun Spartans
stabbilixxew ruħhom sew fil-kampjonat Malti, tant li
fl-1913-1914 saru għall-ewwel darba champions tal-kampjonat
Malti meta kellhom goal average aħjar mit-team tas-St.
Georges. It-tieni kampjonat rebħuh erba snin wara, meta
rebħu l-play off għal darba oħra kontra St. Georges. L-aqwa
player f'dawk iż-żminijiet għall-ispartans kien Gejtu Psaila
imlaqqam il-ħaċċa. Fiż-żminijiet ta wara dawk ta l-għoxrinijat
u t-tletinijat, kienu żminijiet ftit diffiċli għal dan
it-team fejn bosta players tajbin telqu u sieħbu ma clubs
oħra.
Mat-twelid tat-team tal-Ħamrun Liberty, twieldet ukoll era
ta suċċessi ġdida għal dan il-club. Wara li dan it-team
reġa irritorna fl-ogħla diviżjoni fl-1946-47, bidel ismu
għal dak ta Ħamrun Spartans. Reġgħu bdew ġejjin l-unuri.
Fil-fatt rebħu ma l-ewwel il-Johnnie Walker Championship
Trophy u l-Cassar Cup. Aktar unuri fdik l-era inrebbħu
fl-1948-49 meta reġgħu ħadu l-Cassar Cup u bejn 1947-1952
spiċċaw erba darbiet runners up.
Għal darba oħra fis-snin 60 kienu żminijiet kwieta
għall-Ispartans tant li fl-1969-70 ġew relegati. Għalkemm
irritornaw fl-ogħla diviżjoni huma reġgħu ġew relegati
fl-1973-74 fejn għamlu sentejn sakemm reġgħu kienu promossi.
Wara 36 sena bla ma jieħdu unuri prestiġjużi, l-Spartans
ħadu l-league għar-raba darba u FA Trophy fgħeluq il-75
sena mit-twaqqif tal-club. Minn hawn bdiet era tad-deheb
għal dan il-club taħt it-tmexxija tal-President Victor
Tedesco. Players ta ċertu kalibru ngħaqdu mal-Ħamrun
fosthom Raymond u George Xuereb, Edwin Farrugia u Carlo
Seychell, bil-kowċ ikun Alfred Cardona. Fdan iż-żmien ukoll,
Victor Tedesco irnexxielu jġib l-ewwel barranin jilgħabu
mat-team wara ħafna żmien, dawn kienu Peter Hatch u John
Linacre.
Il-Ħamrun Spartans kien l-ewwel team fMalta li waqqaf
rekord ġdid meta fil-Kompetizzjoni tal-UEFA irnexxielu
jirbaħ darbtejn lil-Ballymena ta Irlanda, jiġifieri kemm
ġewwa pajjiżna u anke fpajjiżhom. Fdan il-perjodu tat-tmeninjiet,
il-Ħamrun irnexxielhom jirbħu tliet darbiet il-league, ħames
darbiet l-FA Trophy u darbtejn is-Super Cup u l-Euro Cup.
Fil-bidu tad-disgħinijiet il-Ħamrun irnexxielhom jerġgħu
jirbħu l-league, l-FA Trophy u darbtejn is-Super Cup. Minn
hawn il-Ħamrun bdew jiffaċċjaw problemi kbar finanzjarji li
minħabba fihom telqu diversi players u spiċċaw ġew relegati
kemm fis-sena 1998-98, 2003-04, 2005-06, kull darba jerġgħu
jiltilgħu fl-ogħla diviżjoni bħala Champions is-sena ta
wara.
Illum il-ġurnata dan il-club, li huwa wieħed mil-ftit clubs
li għandu ground tal-ħaxix tiegħu imsemmi għal Victor
Tedesco, jemmen li għandu jagħti `ans lit-tfal li joħorġu
min-nursery tiegħu.
League Championship
League Runners/Up
FA/Rothmans Trophy
FA/Rothmans Trophy Finalists
Super Cup
Euro Cup
First Division Champions
Cassar Cup
1913/14, 1917/18, 1946/47, 1982/83, 1986/87,
1987/88, 1990/91
1911/12, 1912/13, 1914/15, 1918/19, 1919/20,
1947/48, 1948/49, 1949/50, 1951/52, 1984/85
1983, 1984, 1987, 1988, 1989, 1992
1946, 1969, 1995
1987, 1988, 1989, 1991, 1992
1985, 1987
1999/2000, 2004/05, 2006/07
Division 2 Champions
1921/22, 1932/33, 1933/34, 1937/38, 1975/76
1946/47, 1948/49
Division 2 Knock/Out
1946/47, 1947/48, 1952/53, 1970/71