Roland Linz - Wikipedija
- ️Thu Aug 09 1984
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| |
Informazzjoni personali | |
---|---|
Twelid | 9 ta' Awwissu 1984 (40 sena) Leoben, Awstrija |
Tul | 1.85 m |
Rwol | Attakkant |
Mixtliet | |
1995–1997 | Leoben |
1997–1999 | 1860 Munich |
Karriera professjonali | |
Snin | Klabb |
1999–2001 | Leoben |
2001–2006 | Austria Wien |
2003–2004 | → Admira Mödling (self) |
2004 | → Nice (self) |
2005 | → Sturm Graz (self) |
2006–2007 | Boavista |
2007–2009 | Braga |
2009 | → Grasshoppers (self) |
2009–2010 | Gaziantepspor |
2010–2013 | Austria Wien |
2013–2014 | Muangthong United |
2014 | Belenenses |
Tim nazzjonali | |
2002–2010 | Awstrija |
Roland Linz (twieled fid-9 ta' Awwissu 1984) huwa eks-plejer tal-futbol Awstrijakk li kien jilgħab bħala attakkant.
Linz beda l-karriera fil-futbol mal-klabb tal-lokal, DSV Leoben. Ta' ħmistax-il sena ittrasferixxa l-Ġermanja, fejn kompla l-avventura tiegħu mal-klabb Bavarjan ta' TSV 1860 München.
Sentejn wara, Linz reġa' rritorna lura ma' DSV Leoben, fejn fis-sentejn ta' wara skorja 27 gowl fi 53 logħba. Il-forma tajba tiegħu fit-tieni diviżjoni kienet biżżejjed biex fl-2001 Austria Wien akkwistaw il-firma tiegħu. Mal-klabb mill-belt kapitali Awstrijaka, Linz gawda mill-ewwel suċċessi fejn rebaħ il-Bundesliga u t-Tazza. Wara sentejn fejn ġie misluf lil tliet timijiet differenti, Linz irritorna lura ma' Austria Wien fejn din id-darba reġa' rebaħ iż-żewġ titli kif ukoll kien ir-rebbieħ tal-klassifika tal-aqwa skorers. Kien f'dan iż-żmien li Linz stabilixxa ruħu mat-tim nazzjonali.
Wara prestazzjonijiet eklatanti kemm fuq bażi ta' klabb kif ukoll man-nazzjonal, Linz eventwalment iffirma ma' Boavista fil-Portugall matul is-sajf tal-2006 fejn iffirma kuntratt ta' tliet snin. Fl-ewwel staġun skorja għaxar gowls, u sussegwentament ingħaqad ma' Braga. Ma' Braga barra li skorja ħdax-il gowl fil-kampjonat, sab ix-xibka ħames darbiet oħra fit-Tazza UEFA 2007–08. Wara li tilef l-importanza tiegħu mal-iskwadra ta' Braga, hu ġie msellef f'Jannar tal-2009 lil Grasshopper Club Zürich. L-ewwel logħba tiegħu kienet fid-derby ta' Żurigu kontra FC Zürich, fejn skorja gowl però safa mkeċċi wara żewġ ammonizzjonijiet.
Wara esperjenza fit-Turkija ma' Gaziantepspor hu reġa' rritorna lura lejn art twelidu u ma' Austria Wien fl-2010.
Linz iddebutta mat-tim nazzjonali Awstrijakk fir-rebħa ta' 2–0 kontra s-Slovakkja tas-27 ta' Marzu, 2002. F'Settembru 2007, Linz għamel sfog pubbliku kontra l-president tal-federazzjoni Awstrijaka Friedrich Stickler u ħabba f'hekk spiċċa barra mis-selezzjoni għal tmintax-il xahar. Hu ġie magħżul mal-iskwadra għall-Kampjonati Ewropej 2008, fejn lagħab fit-tliet partiti tal-grupp minkejja li qatt ma sab ix-xibka.
- Austria Wien
- Bundesliga: 2002–03, 2005–06
- ÖFB-Stiegl-Cup: 2002–03, 2005–06