mt.wikipedia.org

Tim nazzjonali tal-futbol tal-Estonja - Wikipedija

  • ️Mon Jan 31 1977

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Estonja
Assoċjazzjoni Estonian Football Association
Konfederazzjoni UEFA (Ewropa)
Kowċ Estonja Tarmo Rüütli
Kaptan Ragnar Klavan
Stadju prinċipali A. Le Coq Arena
Kodiċi tal-FIFA EST

L-ewwel kulur

It-tieni kulur

L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tal-Estonja hu t-tim nazzjonali tal-futbol li jirrapreżenta lil-Estonja u hu mmexxi mill-Estonian Football Association. Huma lagħbu l-ewwel logħba tagħhom fl-1920. Fl-1940, l-Estonja kienet ingħaqdet ma' l-Unjoni Sovjetika u ma kisbetx l-indipendeza (u l-possibilità ta' tim nazzjonali tal-futbol) sa l-1991. Bħala nazzjon indipendenti, huma lagħbu l-ewwel logħba kontra l-Litwanja fit-Tazza Baltika fil-15 ta' Novembru 1991, u l-ewwel logħba rikonoxxuta mill-FIFA kienet kontra Slovenja fit-3 ta' Ġunju 1992, u l-partita spiċċat 1-1 f'Tallinn. Il-partiti tat-tim ta' l-Estonja jintlagħbu f'A. Le Coq Arena f'Tallinn.

Wara li l-Estonja kisbet l-indipendenza, it-tim nazzjonali kien fil-bidu tiegħu l-iktar wieħed dgħajjef mit-timijiet Baltiċi, fejn sofra telfa ta' 7-1 kontra l-Kroazja fil-kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej 1996. It-tim żviluppa mas-snin fejn fil-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2004, huma kisbu tmien punti fejn skurjaw erba' gowls u laqqtu sitt gowls. Fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006 huma komplew jissorprendu meta spiċċaw b'5 rebħiet, 2 pari u 5 telfiet. L-Estonja għandhom numru ta' plejers li għamlu numru ta' apparenzi, fejn jinkludu lil Mart Poom, Andres Oper, Marko Kristal u Martin Reim.

Din hi l-iskwadra li ntagħżlet biex taffronta lil Olanda fit-22 ta' Marzu 2013.

Gowls u preżenzi aġġornati mit-22 ta' Marzu 2013

  • 1930 - Ma ħaditx sehem
  • 1934 sa l-1938 - Ma kkwalifikatx
  • 1950 sa l-1990 - Ma ħaditx sehem, kienet parti mill-Unjoni Sovjetika
  • 1994 sa l-2006 - Ma kkwalifikatx
  • 1960 sa l-1992 - Ma ħaditx sehem, kienet parti mill-Unjoni Sovjetika
  • 1996 sa l-2008 - Ma kkwalifikatx
# Isem Karriera Partiti Gowls
1 Martin Reim 1992-preżent 153 14
2 Marko Kristal 1991-2005 143 9
3 Mart Poom 1991-preżent 115 0
4 Andres Oper 1995-preżent 107 32
5 Kristen Viikmäe 1997-2007 103 14
6 Indrek Zelinski 1994-2007 102 27
7 Sergei Terehhov 1987-2007 74 4
8 Marek Lemsalu 1991-2007 86 3
9 Urmas Kirs 1991-2000 80 5
10 Teet Allas 1997-preżent 72 2
# Isem Karriera Partiti Gowls
1 Andres Oper 1995-preżent 107 32
2 Indrek Zelinski 1994-2007 102 27
3 Eduard Ellman-Eelma 1921-1935 58 26
4 Richard Kuremaa 1933-1940 42 18
5 Arnold Pihlak 1920-1931 44 17
6 Georg Siimenson 1932-1939 42 14
7 Kristen Viikmäe 1997-2007 103 14
8 Martin Reim 1992-preżent 153 14

a  d  m

Timijiet nazzjonali tal-futbol tal-Ewropa (UEFA)
Attivi
Xolti