UEFA - Wikipedija
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
![]() | |
![]() Membri tal-UEFA huma kkuluriti bluni | |
Formazzjoni | 15 ta' Ġunju, 1954 |
---|---|
Tip | Organizzazzjoni sportiva |
Kwartieri ġenerali |
![]() |
Sħubija | 53 assoċjazzjoni membru |
Lingwi uffiċjali | Ingliż, Franċiż u Ġermaniż |
President | Michel Platini |
Sit elettroniku | www.uefa.com |
L-Unjoni tal-Assoċjazzjoniet tal-Futbol Ewropew (bl-Ingliż: The Union of European Football Associations), hi l-amministrazzjoni li tikkontrolla l-futbol Ewropew. Ħafna drabi tiġi riferuta bl-akronimu tagħa UEFA (pronunzjata /juˈeɪ̪fə/).
Il-UEFA tirrapreżenta l-assoċjazzjoniet nazzjonali tal-futbol tal-Ewropa, fejn tieħu ħsieb il-kompetizzjonijiet fuq bażi nazzjonali u dawk tal-klabbs madwar l-Ewropa kollha u tieħu ħsieb il-flus regalati, ir-regoli u d-drittijiet tal-istampa ta' dawn il-kompetizzjoniet. Diversi assoċjazzjoniet nazzjonali tal-futbol li ġeografikament jagħmlu mal-Asja huma msieħba mal-UEFA minflok fiż-Żona Ażjatika. Dawn jinkludu l-Armenja, il-Ġeorġja, il-Każakistan, it-Turkija, l-Iżrael, Ċipru, ir-Russja u l-Ażerbajġan (l-Iżrael u l-Każakistan kienu qabel membri tal-AFC). Ċipru għażlu li jkunu meqjusa bħala nazzjon tal-futbol Ewropew — dan kellu l-għażla tal-Ewropa, l-Asja jew l-Afrika.
Din l-assoċjazzjoni hi waħda mill-ikbar konfederazzjonijiet tal-futbol tal-FIFA. Mill-konfederazzjonijiet kollha, din l-assoċjazzjoni hi l-aktar b'saħħitha f'dak li jirrigwarda rikkezza u influwenza fuq il-logħba. Virtwalment kważi kull plejer ta' klassi jinsab jilgħab fl-aqwa kampjonati tal-Ewropa u dan minħabba tal-paga tajba li jingħataw mill-aktar klabbs tal-futbol sinjuri, partikularment fl-Ingilterra, il-Ġermanja, l-Italja u Spanja. Ħafna mit-timijiet nazzjonali l-aktar b'saħħithom fid-dinja jinsabu fil-UEFA. Mit-32 tim li daħal għat-Tazza tad-Dinja 2006, erbatax kienu allokati għat-timijiet tal-UEFA, u s'issa fl-ewwel għoxrin post tal-klassifika mondjali tal-FIFA insibu erbatax-il tim Ewropew.
Il-UEFA ġiet imwaqqfa fil-15 ta' Ġunju 1954 ġewwa Bażel, l-Iżvizzera wara diskussjoni bejn l-Assoċjazzjoni tal-Futbol Franċiża, Taljana u Belġjana. Il-kwartieri ġenerali kienu jinstabu f'Pariġi sal-1959 meta l-organizzazzjoni mxiet lejn Bern. L-ewwel Segretarju Ġenerali kien Henri Delaunay u Ebbe Schwarts kien l-ewwel president. Iċ-ċentru amministrattiv ilu miftuħ sa mill-1995 u jinsab f'Nyon, l-Iżvizzera. Fil-bidu kienet magħmula minn 25 assoċjazzjoni nazzjonali, iżda illum insibu fiha 53 assoċjazzjoni.
Il-president kurrenti tal-UEFA hu Michel Platini.
Bħalissa l-UEFA għandha f'idejha 53 pajjiż, li parti minnhom inqasmu minn pajjiżi oħra jew ingħaqdu ma' din il-konfederazzjoni:
1: L-Iżrael kien jagħmel parti mill-AFC bejn l-1972 u l-1994. Fl-1994 ingħaqad mal-UEFA
2: Il-Każakistan kien jagħmel parti mill-AFC. Fl-2002 ingħaqad mal-UEFA
17-il darba 13-il darba 11-il darba 9 darbiet |
8 darbiet 7 darbiet 4 darbiet 3 darbiet |
darbtejn darba |
1: Ir-rekords tal-Ġermanja jinkludu 10 apparenzi taħt il-Ġermanja tal-Punent
2: Ir-rekords tas-Serbja jinkludu 9 apparenzi taħt il-RFS tal-Jugożlavja, 9 taħt
ir-RF tal-Jugożlavja, u 1 taħt
is-Serbja u Montenegro
3: Ir-rekords tar-Repubblika Ċeka jinkludu 8 apparenzi taħt iċ-Ċekoslovakkja
4: Ir-rekords tar-Russja jinkludu 7 apparenzi taħt l-Unjoni Sovjetika
5: L-Iżrael għamel apparenza taħt iż-Żona Ażjatika
- Nota: Il-FIFA ikkunsidrat lill-Ġermanja bħala l-eredi tar-rekords tal-Ġermanja tal-Punent. L-istess kien għas-Serbja (Serbja u Montenegro, u Jugożlavja); għar-Repubblika Ċeka (Ċekoslovakkja); u għar-Russja (Unjoni Sovjetika).
- Il-Montenegro applikat biex tingħaqad mal-UEFA u l-FIFA fit-30 ta' Ġunju 2006. Ingħaqdet mal-UEFA fis-26 ta' Jannar 2007, u mal-FIFA fil-31 ta' Mejju 2007.
- UEFA-COEFFICIENTS.COM - Country Ranking, Champions League and Europa League statistics
- Sit uffiċjali
- Klassifiki tal-UEFA
Futbol internazzjonali | ||
---|---|---|
FIFA · Tazza tad-Dinja · Tazza tal-Konfederazzjonijiet · Tazza tad-Dinja -20 · Tazza tad-Dinja -17 · Olimpjadi · Klassifika tal-FIFA · Plejer tas-Sena · Timijiet · Kodiċi | ||
Asja | AFC – Tazza Ażjatika | ![]() |
Afrika | CAF – Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani | |
Amerika ta' Fuq | CONCACAF – Gold Cup | |
Amerika t'Isfel | CONMEBOL – Copa América | |
Oċeanja | OFC – Tazza tan-Nazzjonijiet | |
Ewropa | UEFA – Kampjonati Ewropej | |
Non-FIFA | NF-Board – Tazza tad-Dinja VIVA |